Industries Sport Association
ISA Statute
Industries Sports Association

Regolamenti u Kostituzzjoni


INDICI

1. Isem, Ghan u Kostituzzjoni
2. Kumitat Ezekuttiv u Poteri
3. Kunsill Generali
4. Ufficjali tal-Ghaqda u Kumitati
5. Protesti
6. Propjeta, Rapprezentanza u Tibdil/Zieda fir-Regolamenti
7. Dmirijiet ta’ kull Team
8. Kontroll tal-Loghob
9. Membri fl-Ghaqda
10. Sport Iehor


KAPITLU 1

ISEM, GHAN U KOSTITTUZJONI TAL-GHAQDA


1.1
a) L-isem ta’ din l-Ghaqda ghandu jkun INDUSTRIES SPORTS ASSOCIATION, (fil-qosor I.S.A.).

b) L-Ghaqda ghandha tkun affiljata ma dawk l-Ghaqdiet Nazzjonali ta dawk id-dixxiplini sportive partikolari li l-Ghaqda tkun qieghda torganizza.

c) L-Ghaqda Nazzjonali trid tkun preferibbilment maghrufa mill-Ghaqda Internazzjonali ta’ dik id-dixxiplina sportiva partikolari.

d) Dan issir jekk hekk jiddeciedu il-membri f’Laqgha Generali.

e) Il-kelmiet Organizzazzjoni jew Ghaqda jew I.S.A. f’dawn ir-regolamenti ghandhom ifssru u jigu interpretati bhala “Industries Sports Association’’ hlief fejn il-kontenut ta’ xi regolament partikulari ma jindikax li jfisser xort’ohra.


1.2 GHAN (kien 1.3)

L-ghan tal-Ghaqda ghandu jkun illi, sa fejn ikun possibbli, torganizza Kompetizzjonijet bhal “Leagues’’ u “Knock-out’’, kif ukoll tiehu sehem f’kull xorta ta’ Kompetizzjonijiet tal-Futbol u dixxiplini ohra.

L-Ghaqda ghandha tkun komposta minn dak l-ghadd ta’ teams industrijali tal-futbol u dixxiplini ohra kif jigi deciz mill-Kunsill Generali.

1.3 MEMBRI ( kien 1.2)

a) Il-Membri tal-ghaqda ghandhom ikunu id-delegati / rapprezentanti tat-teams industrijali.

b) Il-kelmiet “Team Industrijali’’ f’dawn ir-regolamenti ghandhom ifissru team li jirrapprezenta Ditta Kummercjali skond il-ligi li tirregola l-Ghaqdiet Kummercjali.

c) Kull team li jkun accettat f’din l-Ghaqda u jaffilja, ikun soggett ghar-regolamenti kollha ta’ din l-Ghaqda u r-regolamenti tal- loghba tal-ballun.

i. Kull team industrijali li jaffilja ma’ l-I.S.A. ma jkunx jista’ jilghab players jekk dawn ma jkunux “full time” ma’ l-istess Ditta. Players li jkunu sekondati u/jew trasferiti ghall-iskop ta’ dan ir-regolament, m’humiex kunsidrati bhala impjegati ta’ din/dawn id-Ditti.

ii. Kull team industrijali jista’ jaghmel uzu minn players li jkunu rregistrati bhala “Part-Time” jew “Reduced Hours” pero’ ma jkunux qed jaghmlu xoghol iehor ma kumpanija ohra. Dan ikun l-impieg principali ta dan il-player/individwu.

iii. Kull team jista jaghmel uzu min haddiema li ikunu jahdmu kif stipulate fi ‘ i’ u ‘ii’. Id ditti li ikunu parti min grupp ta kumpaniji ghanhom jaghtu lista ta dawn in kumpaniji li ikunu jaghmlu parti mill grupp fil bidu tal istagun. Kumpaniji ikunu maghrufa fil grupp skont il ligi tal Kumpaniji ( Companies Act). Kumpanija tigi marufa li taghmel parti min grupp jekk il-kumpanija principali ikollha aktar min 50 fil mija ta-shares jew kontroll fil board tad-diretturi.

1.4 OSSERVANZA TAR-REGOLAMENTI.

a) Din l-Ghaqda ghandha tosserva u timxi fuq ir-regolamenti tal-Ghaqda Dinija bhal tal-F.I.F.A (futbol), sa fejn dawn ikunu prattikabbli u ta’ htiega ghall-amministrazzjoni ta’ l-Ghaqda u ghac-cirkustanzi li fihom tkun tinsab minn zmien ghal zmien.

b) L-Ghaqda ghandha wkoll taddotta u tosserva kull regolament mahrug mill-Ghaqda Nazzjonali tal-football (M.F.A.), li jkunu indikati li ghandhom jorbtu lill-Ghaqda fl-ezekuzzjoni taghhom, u dan anke jekk l-imsemmija regolamenti ma jinkitbux f’dan l-Istatut.

1.5 SPORTS IEHOR

Il-Kunsill u/jew l-Ezekuttiv ghandhom id-dritt li jahtru sotto-kumitati bil-ghan li jigi organizzat kull tip ta’ dixxiplini sportivi ohra.

1.6 AWTORITA

Din l-ghaqda tista’ tbiddel jew tamenda r-“Regolamenti u Kostituzzjoni’’ kif jidhrilhom il-membri tal-Kunsill, jew kif hekk ikun rakkomandat lill-Kunsill mill-Kumitat Ezekuttiv, ghall-ahjar efficjenza ta’ l-amministrazzjoni generali

1.7 KOSTITUZZJONI

Din l-ghaqda ghandha jkollha biex imexxuha:-

a) Kumitat Ezekuttiv, u.
b) Kunsill

KAPITLU 2

KUMITAT EZEKUTTIV U POTERI

2.1 KUMITAT EZEKUTTIV

a) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jkun kompost minn sebgha (7) w mhux aktar min disa(9) persuni eletti fil-Laqgha Generali Annwali.

b) L-Ezekuttiv ghandu jkun iffurmat minn:- President, Segretarju Generali u Tezorier (imsejha ufficiali tal-ghaqda), kif ukoll minn ghadd ta’ persuni ohra bejn newtrali u rapprezentanti tat-teams, b’mod illi n-numru tal-membri newtrali, ikun aktar minn dawk li jirrapprezentaw lit-teams. (ez. 4 ghal 3).

c) Il-President u s-Segretarju Generali ghandhom dejjem ikunu newtrali. F’dan ir-regolament, il-kelma “newtrali’’ ghandha tfisser illi persuna ma jkollha ebda konnessjoni ma xi team li jkun jippartecipa.

d) It-Tezorier ghandu preferibbilment ikun newtrali hekk tinstab persuna newtrali addattata. Jekk le, il-Kunsill jista’ japprova persuna li ghalkemm ikollha konnessjoni ma’ xi team, tgawdi l-fiducja tal-maggoranza.

e) Ghal dawn it-tliet hatriet ikun hemm bzonn maggoranza ta’ zewg terzi tal-voti, fil-waqt li ghall-hatra tal-persuni l-ohra, kemm newtrali kif ukoll rapprezentanti tat-teams tkun bizzejjed maggoranza semplici tal-voti.

f) Il-hatra tal-President, tas-Segretarju Generali, tat-Tezorier u tal-Membri Newtrali, tkun ghal sentejn. Il-hatra tal-membri l-ohra tkun ghal sena.

g) Minnbarra l-ufficjali newtrali, fejn huwa possibbli, il-persuni l-ohra fl-Ezekuttiv ikunu jirrapprezentaw lit-teams u jekk ikun il-kaz jintghazel/jintaghzlu persuna/i ohra b’vot popolari minn fost id-delegati prezenti waqt il-Laqgha Generali.

h) Fl-ewwel laqgha tieghu, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jqassam il-karigi l-ohra fost il-membri. Fost il-karigi ghandu jkun hemm dawk ta’ Vici-President, Assistent Segretarju, Assistent Tezorier u ta’ P.R.O.

i) Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jirrakkomanda tibdil fir-“Regolamenti u Kostituzzjoni’’, ghall-ahjar efficjenza ta’ l-amministrazzjoni tal-Ghaqda.

j) Il-President ghandu jirraprezenta lil-ghaqda ufficialment. F’certu kazi l-ufficjali tal-ghaqda ghandom jirraprezentaw l-ghaqda.

2.2 NOMINI GHALL-MEMBRI TAL-KUMITAT EZEKUTTIV

Il-membri tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom jigu proposti u ssekondati sa’ l-ahhar laqgha ta’ l-istagun tal-Kunsill (Laqgha Generali Annwali) mill-membri tal-clubs tal-Ghaqda.

2.3 Fil-kaz li ma jkunx hemm proposta biex jimtlew il-karigi tal-Kumitat Ezekuttiv, il- President jew is-Segretarju Generali ta’ l-istagun ta’ qabel jibqa jmexxi l-Industries Sports Association sa’ mhux aktar minn wiehed u ghoxrin (21) gurnata, li jibdew jghoddu mid-data tal-Laqgha Generali Annwali, li ssir l-ewwel wahda fl-istagun ta’ wara. Wara dan iz-zmien, f’kaz li in-numru ta sebgha ma jintlahaqx, il-Kumitat Ezekuttiv jibda jiffunzjona xorta, filwaqt li jipprova jirrimedja mill-aktar fiss possibli.

2.4 LAQGHAT TAL-KUMITAT EZEKUTTIV.

a) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiltaqa’, fejn hu possibli, ta’ l-anqas darba kull xahrejn. Fl-ewwel laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jigi imfassal programm bid-dati w granet ta’ meta il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiltaqa matul il-legislatura tieghu. Dan ghandu jigi msejjah mis-Segretarju Generali wara konsultazzjoni mal-President dwar l-agenda. F’kaz ta’ urgenza laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv tista’ tigi msejjha wara li jinghata avviz ta’ erba u ghoxrin (24) siegha.

b) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu wkoll ir-responsabilta’ li jittratta protesti mressqa mit-teams, dwar rizultati u/jew nuqqasijiet ohra, kif ukoll xi kazi serji ta’ dixxiplina li jigu rreferuti lilu mill-Bord tad-Dixxiplina. Il-membri rapprezentanti tat-teams involuti ma jkollhomx dritt ghall-vot f’kazi bhal dawn.

2.5 Attendenza
a) Membru tal-Kumitat Ezekuttiv, li ma jkunx jista’ jattendi ghal dawn il-laqghat, ghandu jgharraf b’dan u jghid ir-raguni, mill-aktar fis, lis-Segretarju Generali, u fin-nuqqas ta’ dan, lill-President.

b) Jekk membru ma jattendix ghal tlett darbiet wara xulxin, minghajr ma jaghti raguni valida ghall-assenza tieghu jista’ jigi mnehhi.

2.6 MEMBRI ONORARJI.

Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jaghzel Patrun u/jew Membri Onorarji, u dan ghal zmien li l-istess Kumitat Ezekuttiv jistabbilixxi.


2.7 MEMBRI “CO-OPTED”.

Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ jahtar persuni li jigu “co-opted” biex jaghtu servizz, jekk dan ikun ta’ gid ghall-ghaqda. Dawn il-“co-opted members” ma jkollhomx dritt ghall-vot. Dan il-persuna co-opted jispicca mil-kariga tieghu fl-ahhar ta lis-stagun.

2.8 RIZENJI.

Meta membru tal-Kumitat Ezekuttiv jirrizenja mill-kariga tieghu, is-Segretarju Generali ghandu jsejjah mill-aktar fis, izda qatt aktar tard minn wiehed u ghoxrin (21) gurnata wara r-rizenja, Laqgha Generali tal-Kunsill biex jigu maghzulin persuni ohra minflok dawk li jkunu rrizenjaw.

Dak li jirrizenja ghandu jikkonsenja l-oggetti kollha ta’ l-Ghaqda li jkunu f’idejh, lis-Segretarju Generali u/jew lil-President.

2.9 Rapprezentanza ta ditta.
Jekk membru tal-Kumitat Ezekuttiv ikun qed jokkupa din il-kariga bhala rapprezentant ta’ xi ditta affiljata ma’ l-I.S.A. u jispicca minn dan l-impjieg, huwa m’ghandux jibqa jaghmel parti mill-Kumitat Ezekuttiv jekk ma jiddecidtix sort ohra il Kumitat Exekuttiv.

2.10 Dixxiplina tal- Kumitat Ezekuttiv

Membru tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jgib l-ilmenti tieghu quddiem il-Kumitat Ezekuttiv. Dak kollu li jintqal waqt kull Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv hu konfidenzjali u ghalhekk bl-ebda mod m’ghandu jigi svelat jekk mhux bil-permess tal-istess Kumitat Ezekuttiv. Jitiehdu passi dixxiplinari kontra dak il-membru tal-Kumitat Ezekuttiv li jikser dan ir-regolament.

Is-Segretarju tal-Ghaqda biss ghandu id-dritt li jikteb fil-media jew korrispondenza ohra. Biex dan ma jsirx mis-Segretarju irid ikun approvat mil-Kumitat Ezekuttiv.


2.11 VOT TA’ SFIDUCCJA.

F’kaz ta’ vot ta’ sfiducja kontra membru jew membri tal-Kumitat Ezekuttiv, dak il-membru jew membri jitilfu kull dritt li kellhom u ghandhom mill-aktar fis possibli jroddu kull haga li tappartjeni lill-Ghaqda li tkun fil-pussess taghhom, lis-Segretarju Generali, u fin nuqqas ta’ dan, lill-President, u f’kazijiet eccezzjonali lil xi membru iehor tal-Kumitat Ezekuttiv.


2.12 THASSIR TA’ RIZULTAT.

Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu s-setgha li jhassar rizultat ta’ loghba skond id-diskrezzjoni tieghu u l-interess generali tat-teams affiljati ma’ din l-Ghaqda.

2.13 Rapprezentanza tat-teams fil Kumitat Ezekuttiv

Fil-Laqgha Generali Annwali it-teams ghandhom jahtru rapprezentant u sostitut fil-Kumitat Ezekuttiv. In-numru ta din ir-rapprezentanza tista tikber imma qatt ma jistghu hemm aktar raprezentanza minn membri newtrali.

2.14 Rapprezentanza fil-Kunsilltal MFA.

L-ufficijali tal-Ghaqda, fejn hu possibli, ghandhom jirraprezzentaw lil-Ghaqda fil Kunsill tal-MFA. Meta hadd min dawn ma jkun jista l-ghazla ghandha taqa’ fuq il-Membri Newtrali u fin-nuqqas ta’ dan jistghu jigu nominati membri mill-Kunsill ta’ l-ISA.


2.15 Fondi

Il-flus fi hdan il- ghaqda ghandhom jigu kortrollati mill tlett ufficiali tal-ghaqda (2.1.b) b’konsultazjoni tal- Kumitat Ezekuttiv. L-aghqda ghanda dejjem tara li ikolla fondi bizzejjed biex tkompli l-attivita li ikun ippjanat.


2.16 Trofei u Tazzi
Is-Segretarju Generali irid jara li it-trofei u t-tazzi tal-ghaqda ikunu ritornati lil-ghaqda sa l-ahhar ta Dicembru jew metaaq jigi mitlub mis-Segretarju Generali.
KAPITLU 3

KUNSILL


3.1 IL-KUNSILL.

a) Il-Kunsill ghandu jkun maghmul mill-Kumitat Ezekuttiv u minn delegat/rapprezentant ta’ kull ditta affiljata ma’ din l-Ghaqda, nominat/i bil-miktub minn ufficjal responsabbli tad-ditta partikolari.

b) Fil-Kunsill Generali ghandu jkun hemm ukoll osservaturi ta’ ditti li jkunu qieghdin jippartecipaw fi sport iehor organizzat mill-Ghaqda. Dawn iridu jkunu approvati mill-Kunsill Generali.

3.2 LAQGHAT TAL-KUNSILL GENERALI.

Il-laqghat tal-Kunsill ghandhom isiru skond kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv matul l-istagun.

3.3 Fil-laqghat tal-Kunsill, id-ditti li jkollhom rapprezentant / delegat fil-Kumitat Ezekuttiv jistghu jigu rapprezentati fl-istess laqgha minn persuna ohra.

3.4 Fl-assenza tal-President, ghandu jippresiedi fil-laqghat kollha l-Vici-President. Meta dan ma jkunx possibbli jew prattikabbli, tigi maghzula persuna ohra mill-Ezekuttiv ghal dan il-ghan, b’semplici maggoranza mill-membri prezenti fil-laqgha.

3.5 DRITT GHALL-VOT.

a) Il-President ghandu l-jedd ghall-vot fil-laqghat kollha, u f’kaz ta’ parita’ jkollu vot iehor (casting vote).

b) Il-membri newtrali tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom dritt ghall-vot fil-laqghat ta’ l-istess Kumitat, kif anki fil-laqghat tal-Kunsill.

c) Id-delegati/rapprezentanti ta’ kull ditta li tkun affiljata ma’ din l-Ghaqda ghandhom dritt ghall-vot wiehed biss fil-laqghat tal-Kunsill.

3.6 AWDITURI.

Kull sena il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiprezenta ‘set accounts’ fil Laqgha General Annwali. Il- President u/jew it-Tezorir ghandu/ghandom jiprezentaw dawn l-accounts lil-Kumitat Ezekuttiv qabel il Laqgha Generali Annwali.

3.7 POST TAL-LAQGHAT.

Il-lokal jew post fejn jiltaqa’ l-Kumitat Ezekuttiv, il-Kunsill, Sotto Kumitati u / jew Bords ohra, ghandu jigi maghzul mill-President, u fin-nuqqas ta’ dan, mis-Segretarju Generali.

3.8 ATTENDENZA.

a) Kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu l-jedd u d-dmir jattendi ghall-laqghat kollha, kemm tal-Kumitat Ezekuttiv kif ukoll tal-Kunsill.

b) Id-delegati li jiffurmaw il-Kunsill ghandhom il-jedd u d-dmir jattendu ghall-laqghat kollha ta’ l-istess Kunsill.

c) Membru tal-Kunsill li ma jattendix ghall-laqghat ghal-tlett (3) darbiet wara xulxin, minghajr ma jaghti raguni tajba ghall-assenza tieghu, jaqa’ taht dawk il-mizuri li jista’ jiehu l-Kumitat Ezekuttiv.

3.9 TLUGH TA’ POLOZ.

Il-Kumitat Ezekuttiv permezz tal-President, ghandu d-dmir li jaghti parir dwar kif ghandhom jitilghu il-poloz tal-kompetizzjonijiet ta’ din l-Ghaqda, u pariri ohra dwar it-tmexxija taghha u fl-ahjar interess ta’ l-amministrazzjoni. Il-poloz ghandhom ikunu mtella’ waqt l-ewwel Laqgha Generali, u ppubblikati qabel l-ewwel loghba tal-league.

3.10 LAQGHA GENERALI ANNWALI.

Kull laqgha ghanda tisejjah wara avviz ta ghaxart ijiem.

Il-Laqgha Generali Annwali ta’ din l-Ghaqda, ghandha ssir mhux aktar tard mill-ahhar gimgha ta Mejju, jew, kif stipulat mil-Ghaqda Nazjonali tal Futboll, f’data li tigi stabbilita mill-Kumitat Ezekuttiv. Din il-Laqgha Generali ghandha titmexxa b’din l-Agenda:



• Qari u approvazzjoni tal-Minuti ta’ l-ahhar Laqgha Generali.
• Indirizz mill-President.
• Rapport Amministrattiv.
• Rapport Finanzjarju
• Emendi ghall-Istatut.
• Hatra ta’ Kumitat Ezekuttiv.
• Konferma/Approvazzjoni tat-Teams.
• Kompetizzjonijiet.


3.11 Kull Laqgha ohra ghandha tissejjah Laqgha Straordinarja Generali, b’agenda ghal dik il-laqgha.

3.12 Il-Kumitat Ezekuttiv kif ukoll kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv / Kunsill jista’ jressaq emendi ghal-istatut. Emendi ghall-Istatut ghandom jigu ghand is Segretarju Generali kmistax il-gurnata qabel il laghqa.


KAPITLU 4.

UFFICJALI TAL-GHAQDA U KUMITATI.


4.1 DMIRIJIET U SETGHAT.

IL-PRESIDENT.

a) Il-President ghandu s-setgha li jippresiedi fil-laqghat kollha tal-Kumitat Ezekuttiv, u tal-Kunsill Generali ta’ din l-Ghaqda; li jimxi skond ir-regolamenti u jiffirma l-minuti kollha tal-laqghat imsemmija, bhala certifikat ta’ dak li jkun intqal u sar fl-istess laqghat. Huwa jista’ kull meta jidhirlu jew ihoss il-htiega jitlob li jara l-kotba u d-dokumenti kollha ta’ l-Ghaqda, li jkun hemm f’idejn l-ufficjali tal-Kumitat Ezekuttiv, jew ghand kull persuna ohra, kif ukoll meta jkun hemm bzonn, isejjah laqghat kemm tal-Kumitat Ezekuttiv kif ukoll tal-Kunsill Generali.

b) Fin-nuqqas tal-President, il-Vici-President ghandu jmexxi kull laqgha minfloku.


IS-SEGRETARJU GENERALI.

4.2 Is-Segretarju Generali ghandu s-setgha li:

a) Isejjah, wara konsultazzjoni mal-President, laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv u tal-Kunsill Generali.

b) Izomm il-minuti tal-laqghat kollha.

c) Jiehu hsieb il-korrispondenza kollha bejn il-Kumitat Ezekuttiv jew l-Ghaqda in-generali, u persuni/korpi ohra.

d) Jipproduci kull meta jkun mitlub, dik l-istess korrispondenza.

e) Izomm elenku tar-registrazzjonijiet tal-players; records tal-loghobiet kollha bir-rizultati rispettivi; lista tal-players u membri ta’ kumitati ta’ Clubs li jkunu dehru quddiem il-Bord tad-Dixxiplina jew il-Kumitat Ezekuttiv.

f) Izomm lista tal-players li jistghu jigu jew gew maghzula sabiex jirrapprezentaw lill-Ghaqda.

g) Is-Segretarju Generali huwa wkoll responsabbli tad-dokumenti, films, formoli u hwejjeg ohra li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-Ghaqda jew li din l-Ghaqda tkun tehtieg.

h) Ghandu wkoll jipprezenta rapport Amministrattiv fil-Laqgha Generali Annwali fi tmiem kull stagun, u jibqa jmexxi lill-Ghaqda fil-kariga tieghu, anke wara li jispicca l-istagun u sakemm jigi elett il-Kumitat Ezekuttiv gdid.

i) Is-Segretarju Generali jista jiddelgawahda minn dawn id-dmirijiet lil-Assistant Segretarju Generali.

j) Is-Segretarju Generali ghandu jzomm that il-kustodja tieghu Tazzi u/jew Trofej ohra lill-Ghaqda.

4.3 Is-Segretarju Generali ghandu jifforma parti, u dejjem bhala segretarju ta’ kull sotto kumitat, bord jew kummissjoni li ghal xi raguni jew ohra tigi kostitwita.


4.4 IT-TEZORIER.

a) It-Tezorier huwa responsabbli ghad-dhul u hrug tal-flus kollha ta’ l-Ghaqda.

b) Huwa ghandu jfittex mezzi biex ikabbar kemm jista’ jkun il-fondi ta’ l-Ghaqda.

c) Kull Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv, irid jipprezenta redikont tal-Bilanc tal-Bank u x’ghandhom jaghtu kull club.

d) It-Tezorier ghandu jipprezenta lista ta’ pagementi f’kull Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv sabiex ikun jista jigi awtorizzat il-hlas.

e) Izomm regolarment kotba ta’ “Accounts” u fi tmiem l-istagun fil-Laqgha Generali Annwali, jipprezenta rendikont dettaljat.


4.5 KARIGI OHRA.

Lill-membri l-ohra tal-Kumitat Ezekuttiv ghandhom jigu moghtija karigi u dmirijiet skond kif iqassam il-President, u dan dejjem ghall-ahjar tmexxija ta’ l-Ghaqda




4.6 PROCEDURA.

Il-Laqghat kollha, kemm tal-Kumitat Ezekuttiv, tal-Kunsill Generali, ta’ Sotto Kumitati u kummissjonijiet, ghandhom jitmexxew skond l-Istatut tal-Ghaqda.



4.7 BORD TAD-DIXXIPLINA.

a) Il-President u is-Segretarju Generali ghandhom l-obbligu li jiffurmaw Bord tad-Dixxiplina tal-ISA, kompost minn Membri Newtrali fi hdan il-Kumitat Ezekuttiv sabiex jittratta kazi imressqa quddiemu.

b) Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ joffri l-Bord tad-Dixxiplina fi hdan l-Ghaqda Nazzjonali ta kull dixxiplina sportive sabiex tamministra dan il-Bord.

c) Kull player jew ufficjal li jigi rrapurtat lil din l-Ghaqda mill-Ufficjali inkarigati mill-Kontroll tal-loghob jew minn membru / ufficjal tal-Kumitat Ezekuttiv ghandu jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina fl-ewwel laqgha tal-Bord, li ssir wara d-data li fiha jkun gie rrapurtat.

d) Meta players jew ufficjali rrapurtati ma jidhrux quddiem il-Bord tad-Dixxiplina jew meta Teams irrapurtati ma jibghatux rapprezentanti biex jidhru ghalihom minkejja li jkunu regolarment notifikati, il-Bord tad-Dixxiplina ghandu jimxi kif jinghad hawn taht:-

• F’kazi li jikkoncernaw ufficjali, players jew kumitati ta’ teams jew it-Teams stess, il-Bord jista’ jiehu decizjonijiet, anke fl-assenza ta’ l-ufficjali jew rapprezentanti tat-teams koncernati jew kumitati, u kull decizjoni ghandha tigi komunikata immedjatament.

• Kull membru ta’ Kumitat ta’ Team jista’ jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina fl-assenza tal-player irrapurtat.

4.8 Is-Segretarju Generali ghandu d-dmir li jibghat kopja tar-rapport/i lil kull wiehed mill-membri tal-Bord, kif ukoll lit-teams koncernati kmieni kemm jista’ jkun. F’kazi urgenti fejn ma jkunx possibli li jinghata avviz aktar kmieni, dan l-avviz ghandu jasal lill-persuni koncernati mhux aktar tard minn erbgha u ghoxrin (24) siegha qabel il-hin tal-laqgha.


4.9 APPELLI MINN DECIZJONIJIET

Appelli minn decizjonijiet mehuda mill-Kunsill Generali, mill-Kumitat Ezekuttiv, mill-Bord tad-Dixxiplina, u mill-Kumitat ta’ l-Appell u minn sotto kumitati, bords u kummissjonijiet ohra ta’ l-Ghaqda, huma appellabbli jew le skond kif provdut f’Kapitlu 8 (8.11).


KAPITLU 5.

PROTESTI.

5.1 Protesti

a) Kull protest ghandu jsir u jintbaghat bil-miktub fi zewg (2) kopji lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda. Il-protest ghandu jasal ghand is-Segretarju Generali mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-jum li tkun saret il-loghba (il-jum tal-loghba, il-Hadd, festi pubblici li jahbtu wara mhux inkluzi).

b) Ma’ kull protest ghandu jithallas depositu ta’ hamsin Euro (€50.00) u minghajr dan il-hlas, il-protest ma jkunx jista’ jigi accettat. Jekk il-Kumitat Ezekuttiv jiddeciedi favur il-protest u jilqghu, jitthallsu lura lil min ikun ghamel il-protest. Jekk il-protest ma jigix milqugh, id- depositu ma tithallas lura. Is-somma kollha tmur ghall-fondi ta’ l-Ghaqda.

c) Dan il-protest ghandu jidher quddiem il-Kumitat Ezekuttiv minnufih. Il-membri rapprezentanti tad-divizjoni nvoluta fil-protest ma jiehdux parti fil-votazzjoni.

5.2 Wara li jircievi l-protest, is-Segretarju Generali ghandu jibghat wahda mill-kopji lis-Segretarju tat-team interessat fl-istess protest, u dan mhux aktar tard minn gurnata (1) mid-data li jkun ircieva l-istess protest. Il-Hadd u festi pubblici mhux inkluzi.

5.3 Kemm it-team li jaghmel il-protest, kif ukoll it-team l-iehor ghandhom ikunu mgharrfa ta’ l-inqas erbgha u ghoxrin (24) siegha qabel il-laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv tkun sejra tiddiskuti l-protest.

5.4 Protest kontra rizultat ta’ semi-finals, finals, tan-Knock-out, deciders ta’ sections jew deciders tal-League, ghandu jasal ghand is-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-jum li fih tkun saret il-loghba (il-jum tal-loghba maghdud).

5.5 Meta protest jingieb fuq l-agenda tal-laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv, u biex tittiehed decizjoni fuqu ikun mehtieg investigazzjonijiet u dokumenti, is-Segretarju Generali ghandu jkun provdut bit-taghrif kollu mehtieg fuq il -kaz biex il-protest jigi diskuss u maqtugh mill-aktar fis possibbli. Iz-zewg partijiet involuti fil kaz ghandhom igibu il-prove taghhom.

APELLI

5.6 Id-decizjonijiet kollha dwar il-protest jistghu jigu appellati quddiem il-bord tal-Appell indipendenti ta’ din l-Ghaqda

5.7 L-appell ghandu jsir bil-miktub u ghandu jintbaghat lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem mill-jum tad-decizjoni flimkien mas-somma ta hamsin Euro (€ 50) bhala hlas tad-dritt ta’ l-Appell. Il-jum tad-decizjoni ma jigix kalkulat fiz-zmien imsemmi. Min jappella ghandu jibghat lis-Segretarju Generali u fl-istess zmien imsemmi, tlett (3) kopji tal-Appell. Dwar dawn il-flus jghodd ir-regolament 5.1.

5.8 BORD TA’ L-APPELL TA’ L-I.S.A.

a) Il-Bord ta’ l-Appell ghandu jkun kompost minn Chairman, li ghandu jkun preferibilment persuna bi kwalifiki professionali u/jew li tkun tifhem fi procedura simili tal-kamp tal-Futbol, u zewg (2) membri li ma jkollomx konnessjoni ma’ membri affiljati fl-Ghaqda.

b) Dawn il-membri ghandhom jigu mahtura mill-Kumitat Ezekuttiv ta’ l-I.S.A. bil-kariga rispettiva taghhom meta jkun hemm il-htiega.

c) Quddiem dan il-bord ghandhom jidhru z-zewg nahat in-kwistjoni. Il- President w is Segretarju Generali ghandhom jattendu dan il- bord.

d) Il-Bord ghandu jiltaqa’ fi zmien erbat (5) t’ijiem minn dak inhar li jircievi l-appell, u ghandu jiddeciedi l-kaz mhux aktar tard minn jumejn (2) wara li jkun temm id-diskussjoni.

e) Il-Bord huwa hieles minn kull procedura partikulari u jista’ fid-diskussjonijiet u decizjonijiet tieghu jaddotta kull procedura li jidhirlu xierqa.

f) Is-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A. ghandu jghaddi lis-Segretarju tal-Bord ta’ l-Appell, dawk l-appelli kollha li jkun ircieva fi zmien jumejn (2) minn dak inhar li jaslu ghandu, f’liema zmien mhux maghdudin il-Hdud u l-festi pubblici.

g) Is-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A. huwa fid-dmir li jaghti kull taghrif mehtieg li jigi lilu mitlub mill-Bord ta’ l-Appell.

h) Id-decizzjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell ghandhom jintbaghtu bil-miktub immedjatament lis-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A.

i) L-ebda membru tal-Bord ta’ l-Appell ma jista’ jattendi fil-Laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill.

j) Il-Bord ta’ l-Appell jispicca mill-kariga tieghu mas-smigh tal-kaz.
k) Il-President u s-Segretarju tal-Bord tal-Appell, ghandhom jiffirmaw id-decizjonijiet ta’ l-istess Bord.

5.9 APPELLI MINN DECIZJONIJIET TA’ L-I.S.A.

a) Appelli lill-M.F.A. kontra decizjonijiet mehuda mill-organi ta’ din l-Ghaqda, jistghu jsiru minn team, membri tal-kumitati jew players biss, skond kif huwa pprovdut fir-regolamenti ta’ l-Ghaqda Nazzjonali.
b) Teams, membri ta’ kumitati jew players ma jistghux jiehdu passi legali kontra decizjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell, tal-Kumitat Ezekuttiv, tal-Kunsill, tal-Bord tad-Dixxiplina jew ta’ kumitati ohra ta’ din l-Ghaqda.

c) Teams, membri ta’ kumitati, jew players li jiksru dan ir-regolament, minnufih jispiccaw milli jaghmlu sehem minn din l-Ghaqda, u ma jigux aktar rikonoxxuti bhala tali.

KAPITLU 6

PROPJETA’, RAPREZENTANZA U TIBDIL/ZIEDA FIR-REGOLAMENTI.


6.1 PROPJETA’ TA’ L-I.S.A. U RAPPREZENTANZA.

Il-Propjeta’ kollha ta’ l-I.S.A., tappartjeni lill-Membri kollha tal-Kunsill.

6.2

a) Il-President, is-Segretarju Generali u l-Kaxxier jew tnejn minnhom jirraprezentaw lill-I.S.A. quddiem Tribunali, Bords, Associations u/jew Ghaqdiet ohra.

b) Il-Kumitat Ezekuttiv jista’ wkoll jahtar membri ohra ta’ l-istess Kumitat, biex jirrapprezentaw lill-Ghaqda skond il-htiega.


6.3 TIBDIL JEW ZIEDA FIR-REGOLAMENTI.

Il-Kumitat Ezekuttiv ta’ din l-Ghaqda ghandu d-dritt illi jiddeciedi dwar kazi li mhux provdut ghalihom f’dawn ir-regolamenti, jew, jekk jinhass il-bzonn, iressaq dawn il-problemi ghall-attenzjoni tal-Kunsill, f’laqgha apposta. F’kazi bhal dawn, wara li tittiehed decizjoni, ghandu jsir dak kollu mehtieg biex tidhol emmenda jew addizzjoni fl-Istatut, ma’ l-ewwel opportunita’. Dawn ir-regolamenti jigu konformi mar-regolamenti ta’ l-Ghaqdiet Nazzjonali li maghha l-I.S.A. tkun affiljata.


6.4 Talbiet ghal tibdil jew zieda fir-regolamenti, ghandhom isiru bil-miktub u moghtija jew mibghuta lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda. Dan it-tibdil jew zieda jigu cirkolati lill-membri kollha ta’ l-Ghaqda, li jistghu jipproponu emmendi sa gimgha qabel id-data tal-Laqgha Generali Annwali, meta l-istess tibdil, zieda u emmendi jigu diskussi mill-Kunsill.

6.5 Tibdil u/jew zieda fir-regolamenti jigu diskussi f’Laqgha Generali tal-Kunsill, skond ir-regolament 6.4, u jridu jigu approvati b’maggoranza ta’ tnejn minn kull tlieta (2/3) tal-membri prezenti u bid-dritt tal-vot.







































KAPITLU 7

KONTROLL TAL-LOGHOB TAL-FUTBOL.


7.1 REFEREES U ASSISTENTI REFEREES.

Il-loghobiet kollha kompetittivi ta’ din l-Ghaqda jew li minnha jigu organizzati, ghandhom jigu kontrollati biss minn ufficjali (referees u assistenti referees) maghrufa mill-Ghaqda Nazzjonali msemmija fir-regolament numru 1. Jekk dan ma jkunx possibbli, il-Kumitat Ezekuttiv ikollu l-jedd li jinkariga ufficjali ohra, basta jkollhom il-kwalifiki mehtiega.

7.2 KONTROLL TAL-LOGHOB.

a) Kull loghba kompetittiva ghandha tigi kontrollata minn ufficjali matul il-hin kollu taghha kif stipulate fil 7.1.


7.3 LOGHOB MHUX MITMUM.

Jekk il-loghba kompetittiva organizzata mill-Ghaqda ma tintlaghabx kollha, ghandhom japplikaw ir-regoli li gejjin:-

a) Jekk il-loghba ma titkompliex minhabba xi wiehed mit-teams li jkunu jilaghabu, jew mill-players, ufficjali jew supporters ta’ l-istess team, dan jitlef il-loghba u l-punti taghha, b’rizultat ufficjali kontrieh ta’ 3-0. Pero’ jekk l-iskor fil-hin ta’ l-abbandun ikun ta’ aktar minn 3-0 favur it-team mhux involut fil-kawza/i ta’ l-istess abbandun, dak l-iskor jibqa’ jghodd. Minn ikun kagun ta’ Abbandun ta’ loghba kif spjegat hawn fuq, jaqa’ wkoll taht id-dixxiplina tal-Kumitat Ezekuttiv.

b) Jekk il-loghba ma titkompliex minhabba z-zewg teams li jkunu qieghdin jilghabu, jew il-players ufficjali jew supporters taz-zewg teams, dawn it-tnejn jitilfu l-punti, ikun xi jkun ir-rizultat fil-hin li ma titkompliex il-loghba, u t-tnejn jaqghu taht id-dixxiplina tal-Kumitat Ezekuttiv.

c) Jekk il-loghba ma titkompliex minhabba l-maltemp, u fil-hin tat-twaqqif taghha jkun baqa’ biss ghat-tmiem hames (5) minuti jew anqas, ir-rizultat ta’ dak il-hin ikun jiswa bhala finali u definittiv (result to stand). Izda jekk ghat-tmiem ikun baqa’ aktar minn hames ( 5) minuti, il-loghba terga’ tintlaghab mill-gdid, ikun xi jkun ir-rizultat taghha, u dan, f’data li tigi ffissata mill-Kumitat Ezekuttiv.

d) Ir-referee biss ghandu d-dritt iwaqqaf partita qabel it-tmiem normali u regolari taghha.

7.4 Jekk Team ikun ser jilghab loghba kompetittiva u fil-gurnata tal-loghba id-Ditta tkun fuq “Strike” u/jew l-impjegati taghha jkunu fuq “lock-out” u/jew “sit-in”; jew xi tilwima industrijali ohra, dak it-team ikollu d-dritt li jitlob il-loghba tigi mhollija ghal dat’ohra li jiddetermina l-Kumitat Ezekuttiv. Kazijiet ohra jistaw jigu konsidrati mis Segretarju Generali w il -President.

KAPITLU 8

MEMBRI FL-GHAQDA (Futbol).


8.1 AFFILJAZZJONI.

a) L-affiljazzjoni f’din l-Ghaqda ghanda ssir permezz t’applikazzjoni bil-miktub wara stedina mis-Segretarju Generali, li ghandu jibghat cirkulari lit-teams kollha li kienu hadu sehem fl-istagun ta’ qabel u jippubblika avvizi fil-gurnali lokali.

b) L-Ghaqda tista’ taccetta maghha biss teams iffurmati minn players impjegati ma’ ditti, kemm li jkunu jiddependu minn “Management” wiehed jew li jkunu jiffurmaw grupp ta’ ditti. Ara regoli 1.3.

c) L-Ghaqda tista’ taccetta wkoll teams minn zewg ditti differenti, b’“Management” ukoll differenti li kull wiehed (wahdu) ma jkollux/ma jkollhomx materjal bizzejjed biex jiffurmaw team, biex jilghabu flimkien bhala team wiehed. L-isem ta’ dak it-team hekk maghqud ikun dipendenti fuq fejn ikun hemm l-akbar ghadd ta’ players. Dan jista’ jsir biss bil-permess tal-Kumitat Ezekuttiv wara li jkunu gew iccekkjati u kkonfermati ic-cirkostanzi ta’ kull talba. Kull permess t’amalgamazzjoni bhal din, ikun jghodd ghal stagun wiehed u jkun rivedut kull sena. F’kaz rari Team jista jitlob li Segretarju Generali biex din l-amalgazjoni tista tigri fin-nofs tal-istagun tal-league. Il-kaz jigi decis fil laghqa tal_Kunsill.

d) Biex din l-amalgamazjoni tkun accetata il Managing Director/CEO tal iz-zewg kumpaniji iridu jinfurmaw b’dan li ISA.

e) Is-Segretarju Generali ghandu jibghat formoli t’affiljazzjoni lil kull team li jkun applika jew ikkonferma. Kull team ghandu japplika jew jikkonferma sa’ mhux aktar tard minn gimgha qabel johorgu il-fixtures ta’ dak l-istagun partikolari.

f) Wara li tasal din l-applikazzjoni/konferma ghand is-Segretarju Generali, dan ghandu jressaqha ghall-approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

g) It-talba ta’ teams godda ghandha tkun akkumpanjata minn lista shiha tal-players. Wara l-approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv, din it-talba titressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill Generali. Il-Kunsill Generali f’kazi bhal dawn ghandu jkun maghmul minn delegati ta’ teams li jkunu hadu sehem fl-istagun ta’ qabel.

h) Jekk team jigi mnehhi mill-Ghaqda matul l-istagun, dan l-istess team irid jerga japplika mill-gdid ghal l-istagun ta’ wara.

8.2 Qabel ma team ta’ Ditta jigi accettat biex jaffilja fl-Ghaqda, il-Kumitat Ezekuttiv ghandu dritt jitlob il-konferma bil-miktub u ffirmata mid-Direttur jew Manager ta’ l-istess Ditta, li tawtorizza lid-Ditta tieghu biex taffilja ma’ l-I.S.A.

8.3 Kull team li jkun accettat f’din l-Ghaqda u jaffilja, ikun soggett ghar-regolamenti kollha ta’ din l-Ghaqda u r-regolamenti tal-loghba tal-ballun.

i. Kull team industrijali li jaffilja ma’ l-I.S.A. ma jkunx jista’ jilghab players jekk dawn ma jkunux “full time” ma’ l-istess Ditta.Players li jkunu sekondati u/jew trasferiti ghall-iskop ta’ dan ir-regolament, m’humiex kunsidrati bhala impjegati ta’ din/dawn id-Ditti.


ii. Kull team industrijali jista’ jaghmel uzu minn players li jkunu rregistrati bhala “Part-Time” jew “Reduced Hours” pero’ ma jkunux qed jaghmlu xoghol iehor ma kumpanija ohra. Dan ikun l-impieg principali ta dan il-player/individwu.

i. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu s-setgha li jitlob lit-teams u/jew players biex jipprezentaw dokumenti skond il-htiega li tista’ tinqala’ minn zmien ghal zmien.

ii. Kull team li jkun accettat biex jaffilja ma’ din l-Ghaqda ghandu ihallas l-affiljazzjoni, li ghandha sservi biex taghti dritt lit-team jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet kollha (League, Knock-out, ecc. . .).

iii. Kull team jista jaghmel uzu min haddiema li ikunu jahdmu kif stipulate fi ‘ i’ u ‘ii’. Id ditti li ikunu parti min grupp ta kumpaniji ghanhom jaghtu lista ta dawn in kumpaniji li ikunu jaghmlu parti mill grupp fil bidu tal istagun. Kumpaniji ikunu maghrufa fil grupp skont il ligi tal Kumpaniji ( Companies Act). Kumpanija tigi marufa li taghmel parti min grupp jekk il-kumpanija principali ikollha aktar min 50 fil mija ta-shares jew kontroll fil board tad-diretturi.





HLASIJIET

8.4 L-ispejjez kollha ‘in-konnessjoni’ ma kull partita, ghandhom jinqassmu ndaqs bejn it-teams li jiehdu parti fil-loghba u notifikati lil kull team.

8.5 Kull team, wara li jkun gie accettat mill-Kunsill Generali, ghandu jhallas il-flus dovuti lill-Ghaqda sa mhux aktar tard minn xahar mill-bidu tal-league jew jipproponi mezz iehor ta’ hlas jekk dan jigi approvat mill-Kumitat Ezekuttiv.

8.6 Jekk team jonqos li jaghmel dawn il-hlasijiet fiz-zmien mghoti lilu, it-Tezorier ghandu jinforma lill-Kumitat Ezekuttiv biex jiehu l-passi li jidhirlu xierqa.

8.7 Il-multi ta’ teams jew players iridu jithallsu.

8.8 HRUG MILL-GHAQDA.

L-ebda team ma jista’ johrog mill-Ghaqda minghajr ma jaghmel talba bil-miktub. Sakemm il-Kumitat Ezekuttiv ma jaghtix l-approvazzjoni tieghu, dak it-team jibqa’ membru u jkun soggett ghal dak kollu li l-Ghaqda tista’ titlob minghandu. Meta t-team jigi moghti l-permess biex johrog mill-Ghaqda, huwa jitlef id-drittijiet kollha inkluz il-flus depozitati, u dan mid-data li jiffissa il-Kumitat Ezekuttiv u tigi ikkonfermata mill-Kunsill fl-ewwel laqgha tieghu.

8.9 Kull team li johrog mill-Ghaqda jew li jigi mnehhi bhala mizura dixxiplinarja, ikun ukoll obligat li jhallas kull debitu li jkollu ma’ l-Ghaqda u li jaghmel kull haga li jimponilu l-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Kunsill .

a) Meta ditta tigi ddikjarata falluta, it-team rapprezentant ta’ dik id-ditta ma jibqax jaghmel parti minn din l-Ghaqda, u dan mid-data li jiffissa l-Kumitat Ezekuttiv.

b) F’kaz bhal dan, il-membri tal-Kunsill, li jkun jirrapprezenta lil dik id-ditta falluta, ma jibqax jokkupa postu fil-Kunsill .

c) Dak it-team/ditta li jkun rebah xi kompetizzjoni fl-istagun ta’ qabel u ma jergax igedded l-affiljazzjoni tieghu jew johrog mill-Ghaqda, jew jigi mnehhi minnha, huwa obligat li jirritorna t-tazza/i li jkun rebah, fi zmien sebat (7) ijiem mid-data tal-hrug tieghu mill-Ghaqda. Jekk dan it-team jonqos minn dan l-obligu tieghu, jistghu jittiehdu kontra tieghu passi legali u/jew passi ohra kif jidhirlu xieraq il-Kumitat Ezekuttiv.

KAPITLU 9

DMIRIJIET TA’ KULL TEAM (FUTBOL)


9.1 KOPJI TAR-REGOLAMENTI.

It-teams affiljati ghandhom ikollhom kopja riveduta tar-regolamenti ta’ l-Ghaqda u kotba ohra li ghalihom dawn ir-regolamenti jaghmlu riferenza. L-ebda skuza ma tista’ tigi accettata mill-Kumitat Ezekuttiv jew mill-Kumsill ghan-nuqqas fl-osservanza ta’ dawn ir-regolamenti.

9.2 ISMIJIET TA’ TEAMS.

It-teams huma fid-dmir li jinfurmaw lis-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A., b’kull tibdil fl-isem u/jew fl-indirizz tad-Ditta, u dan fi zmien sebat (7) ijiem mid-data li dak it-tibdil jigi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. It-teams li jonqsu li jaghmlu dan jista’ jigi dixxiplinat.

9.3 KUMITATI TA’ TEAMS.

It-teams ghandhom jgharrfu lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda bil-formazzjoni tal-kumitati fil-bidu ta’ kull stagun u kull meta jkun hemm xi tibdil. It-taghrif mehtieg ghandu jinkludi id-dettaliji kollha tad-Ditta, tas-Segretarju u/jew ta’ rapprezentant iehor tat-team ta’ fejn ghandha tintbaghat il-korrispondenza.

9.4 REGISTRAZZJONI TA’ PLAYERS.

It-teams huma assolutament responsabbli tal-players li jkunu registrati maghhom.

9.5 Ir-registrazzjonijiet tal-players ghandhom ikun kompluti fuq il-formoli ufficjali ta’ l-Ghaqda, b’kitba kemm jista’ jkun li tinqara. Is-Segretarju Generali jista’ jirrifjuta li jaccetta registrazzjoni li ma tkunx mimlija kif suppost. Ma din irregistrazjoni ghandu jinghata kopja tal-karta ta identita jew passaport.

9.6 Ir-registrazzjonijiet ghandhom jaslu ghand is-Segretarju Generali mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem mid-data tal-firma tal-players. Registrazzjonijiet li jaslu ghand is-Segretarju Generali wara dak iz-zmien, ma jkunux validi.

9.7 It-teams jistghu jirregistraw players sa qabel tibda l-loghba, u f’dan il-kaz, il-formola tar-registrazzjoni ghandha tinghata lil xi membru tal-Kumitat Ezekuttiv jew lil xi ufficjal tal-Ghaqda, inkella player ma jkunx jista’ jiehu parti fil-loghba. Meta l-formola tar-registrazzjoni tinghata kif intqal, huwa dejjem mehtieg il-validita’ taghha li ma jkunux ghaddew sebat (7) ijiem minn meta l-player iffirma.

9.8 Biex jithaffef ix-xoghol amministrattiv ta’ l-Ghaqda, it-teams li ppartecipaw fl-istagun ta’ qabel jistghu jikkonfermaw il-players li jkunu registrati maghhom fuq formola apposta. Registrazzjonijiet ikunu mehtiega biss fil-kaz ta’ players godda.


9.9 UZU TA’ PLAYERS.

a) Jekk loghba kompetittiva ta’ din l-Ghaqda tigi posposta u/jew terga tintlaghab, it-teams jistghu jaghmlu uzu biss mill-players li jkunu registrati maghhom fil-gurnata originali li fiha kellha tintlaghab jew intlaghabet l-istess loghba.

b) Players li jkunu sospizi fid-data originali jistghu jilaghabu f’loghba li tkun posposta u/jew li terga tintlaghab, kemm il-darba din issir f’gurnata li fiha z-zmien tas-sospensjoni jkun ghadda.

c) Dak il-player li jkun irregistrat u jhalli l-impjieg minn mad-Ditta tieghu wara li jkun beda l-istagun, ma jkunx jista’ jibqa jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet ta’ l-I.S.A. ma’ dik id-Ditta.

d) Biex player ikun jista’ jiehu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet ma’ Ditta ohra, li maghhom ikun impjegat iridu jghaddu tletin (30) jum mill-impjieg gdid tieghu.

e) Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu d-dritt li jtellef il-punti u/jew jimponi l-pieni xierqa, kemm il-darba, wara investigazzjonijiet, isib li dak it-team ghamel uzu minn player/s f’loghob kompetittiv ta’ l-Ghaqda, u/jew li ma jkunux impjegati tal-fiss ta’ l-istess Ditta skond regola 8.3 .

f) Id-Ditta li jkollha players li spiccaw mill-impjieg taghhom, ghandha tgharraf b’dan lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda mhux aktar tard minn sebat (7) ijiem mid-data li fiha l-players ikunu hallew l-impjieg. Fin-nuqqas ta’ dan, id-Ditta tigi dixxiplinata.

g) Ebda team ta’ din l-Ghaqda ma jista jaghmel uzu minn players li jkunu jilaghbu/rregistrati fl-istagun kurrenti ma’ teams tal-Premier Division, jew l-ghola divizjoni tal-Malta Football Association u/jew players li jaghmlu parti mill-Iskwadra/I Nazzjonali.



9.10 LOGHOB KOMPETITTIV.

Kull team ghandu jilghab il-loghob kompetittiv kollu organizzat li jmiss lilu, sakemm ma jigix sospiz/imnehhi/imkecci mill-Ghaqda. Il-Kumitat Ezekuttiv ma jaccettax certifikati medici bhala skuza jew gustifikazzjoni sabiex loghba kompetittiva tigi posposta.

9.11 Il-“Goal-Average” fil-leagues ta’ din l-Ghaqda ma jkollux effett ghall-finijiet ta’ rebh, izda sempliciment ghall-klassifika tat-teams.

9.12 Il-loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda ghandu jsir skond kif jigi deciz mill-Kumitat Ezekuttiv. Mill-“Weekend” ta qabel il-Milied sal-“Week-end” ta’ wara l-Ewwel tas-Sena ma jsirx loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda, sakemm il-Milied ma jahbatx is-Sibt jew il-Hadd. Ma ssirx ukoll loghob meta ikun hemm xi elezjoni politika.

9.13 ATTENDENZA GHALL-LOGHOB U RIZULTATI.

a) Kull team ghandu jinzel ghall-loghob skond il-poloz li dwarhom jibghat ifakkar is-Segretarju Generali jew ufficjal iehor inkarigat.

b) Jekk team ma jasalx fil-hin ghall-loghob u ghalkemm jghaddu l-ghaxar (10) minuti ‘grace‘ li jaghti r-referee, huwa jkun ghadu ma wasalx, dak it-team jitlef il-loghba u jista jigi dixxiplinat.

c) Jekk team jinzel fil-hin stabbilit ghall-loghob, b’anqas minn zewg players min numru stipilat minn tmien (8) players u dan in-numru jibqa’ hekk wara li jkunu ghaddew l-ghaxar (10) minuti moghtija mir-referee, l-istess team jitlef il-loghba u jista jigi dixxiplinat.

d) F’kaz li team jiggustifika l-assenza tieghu ghas-sodisfazzjon tal-Kumitat Ezekuttiv, ma jittiehdux passi dixxiplinarji, izda dejjem jitlef il-punti tal-loghba.

9.14 Kull loghba kompetittiva, il-hin tal-loghob ghandu jkun ta’ hamsin(50) sebghin (70) minuta. F’loghba tan-K.O., f’kaz li l-loghba tispicca draw, jinghataw il-penalties minn kull team, skond ir-regolamenti tal-loghba (Laws of the game), sakemm jinkiseb rizultat.

a) Dan ir-regolament ghal dak li huwa ghoti tal-penalties ma japplikax f’loghobiet li jkunu finali u deciders, izda ghar-replays taghhom.

9.15 BLALEN.

Kull team li jkun ser jiehu sehem f’partita kompetittiva ta’ l-I.S.A. huwa obbligat li jipprovdi ballun (football), minfuh sewwa u f’kundizzjoni li jista’ jintuza ghall-loghob. Min jonqos minn dan id-dmir jittiehdu passi dixxiplinarji.
Dawn il-blallen ghandom jinzamu mill-match inspector tal ISA

9.16 FIXTURES.

a) Team li ghal darbtejn fi stagun wiehed jonqos li jinzel ghall-loghob skond il-poloz jew skond kif ifakkru s-Segretarju Generali u/jew l-Assistant tieghu minghajr raguni serja approvata mill-Kumitat Ezekuttiv jaqa’ taht il-mizuri dixxiplinari li l-Kumitat Ezekuttiv jidhirlu xierqa.

b) L-ebda loghba (fixture) ta’ din l-Ghaqda ma tista’ tigi mibdula wara li jittellghu il-poloz bid-data rispettiva u cirkolata lit-teams fil-bidu ta’ l-istagun, hlief meta jinqalghu cirkustanzi ghall-gharrieda u kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv. L-ebda team ma jista’ jibdel fixture, anke jekk bil-kunsens u bl-approvazzjoni tat-team l-iehor li mieghu ikun sejjer jilghab. Dan jista’ jsir biss bl-approvazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

c) Biex team jikkancella l-loghob minghajr ma jkun soggett li jhallas l-ispejjez tar-referee u l-assistant referee, ghandu javza lis-Segretarju Generali ta’ l-I.S.A., bil-miktub, mhux aktar tard minn tmienja u erbghin (48) siegha qabel il-hin ta’ l-istess loghba. Jekk team ma javzax il-kancellament fil-hin stipulat skond ir-regolamenti, minbarra li jitlef il-loghba u jehel il-multa msemmija, ihallas ukoll l-ispejjez tar-referee, tal-assistant referee u tal-ground.

9.17 KULURI U NUMRI FUQ IL-FLOKKIJIET TAL-PLAYERS.

Kull team ghandu jirregistra l-ewwel kulur u il-kuluri alternattivi tieghu u huwa responsabbli li jinzel ghall-loghob bil-kulur li jkun mitlub. Fil-kaz li z-zewg teams jinzlu bl-istess kulur, it-team li kien imnizzel bhala “home team” ghandu jibdel il-kulur tal-flokkijiet jew jitlef il-loghba u jittiehdu passi dixxiplinarji kontrieh.

9.18 Kull team hu responsabbli li fuq il-flokkijiet tal-players ikun hemm in-numri skond il-“Line Up Form”. Min jonqos li josserva dan ir-regolament jigi dixxiplinat skond kif jidhirlu l-Kumitat Ezekuttiv.

9.19 Il-“Goalkeeper” ghandu jkun liebes b’kuluri differenti minn dak tal-players l-ohra u minn dak tar-referee.

9.20 Is-Substitute Players ghandhom jilbsu flok differnti min dawk il players l-ohra li jkunu qieghdin jilghabu.






9.21 LINE-UP FORMS.

F’kull loghba kompetittiva kull team ghandu jimla il-Line Up Form f’zewg kopji, provduta mill-Ghaqda li fiha ghandhom jigu mnizzlin l-isem u kunjom (kompluti) tal-players, inkluzi s-sostituti, bin-numri rispettivi taghhom, kif ukoll l-MFA “registration number” u/jew l-ID Card number. Fil-kaz ta’ player barrani, jitnizzel in-numru tal-passaport. Il-listi ghandhom jinghataw lir-referee mhux aktar tard mill-bidu tat-tieni taqsima. Fil-lista ghandu jigi ndikat l-isem tal-“Captain” u “Vice-captain”. Team li jonqos minn dawn id-dmirijiet jittiehdu il passi dixxiplinarji kontrieh.

9.22 It-team li ma jimliex il-lista jitlef il-loghba u jittiehdu passi dixxiplinarji kontrieh.

9.22a i. Kull team ghandu jaghti kopja tal-karti tal-identita jew passaporti tal-players registrati lis-Segretarju Generali qabel ma jibda l-istagun.
ii. Is-Segretarju ghandu jaghmel kopji ta’ dawn u jqassam kopja lil-kull team sabiex kull team ikun jista jivverifika l-identita’ tal-players avversarji.

DIXXIPPLINA

9.23 Meta team jirtira minn din l-Ghaqda tinghata rebha ta’ tlieta b’xejn (3-0) lit-teams li ma jkunux ghadhom laghabu mieghu. Ir-rizultati tal-loghobiet diga’ milghuba jibqghu jghoddu.

9.24 Player li johrog mill-ground waqt il-loghob, hlief meta jkun imwegga, jew ghal x’incident iehor, minghajr il-permess tar-referee, ikun hati ta’ ksur tar-regolamenti tal-loghba tal-Ballun (Laws of the Game), u jigi rrapurtat biex jidher quddiem il-Bord tad-Dixxiplina ta’ din l-Ghaqda.

9.25 L-ebda membru tal-kumitat ta’ team ma jista’ johrog fil-ground, jekk mhux bl-awtorizzazzjoni tar-referee, u hija responsabilta’ tal-kumitat tat-team li johrog lill-player imwegga barra mill-ground. L-unika persuna/i li jista’/u tidhol/jidhlu fil-ground meta r-referee jaghti l-permess, hija/huma dik/dawk inkarigat/i mill-ewwel ghajnuna (First Aid). Dawk il-membri tal-kumitat li jisru dan ir-regolament jigu rrapurtati lill-Bord tad-Dixxiplina.

9.26 Kull membru tal-Kumitat Ezekuttiv u kull membru tal-kumitat ta’ team, b’mod specjali jekk ikun membru tal-Kunsill Generali, ghandu jirrapporta kull incident ta’ ksur tar-regolamenti, lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda bil-miktub.

9.27 F’kaz ta’ mgieba hazina lejn referee, l-assistenti tieghu, membri tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew membri tal-Kunsill wara li tispicca l-loghba, minn players, membri tal-kumitat ta’ team u/jew supporters ta’ team, l-istess team ikun soggett ghal dawk il-pieni li jidhirlu xierqa il-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxiplina.

9.28 Il-Kumitat Ezekuttiv, meta jidhirlu li jkun mehtieg, jista’ jgib quddiem il-Kunsill Generali kull rapport li jsir mir-referee, membri tal-Kumitat Ezekuttiv, membri tal-Kunsill Generali jew membri tal-kumitat tat-teams.

9.29 Il-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxipkina, ghandhom id-dritt li jibaghtu lill-Ghaqda Nazzjonali msemmija fir-regolament 1, rapporti li jsiru minn teams, players, membri fil-kumitat jew ufficcjali. Jistghu ukoll jgharrfu lill-Ghaqda Nazzjonali u lill-Assoccjazzjoni tar-Referees b’kull imgieba hazina ta’ referees u l-assistenti tieghu.
9.30 Jekk team, membru tal-Kumitat, ufficjal jew player, jinstab li kiser xi wiehed minn dawn ir-regolamenti tal-loghba tal-ballun, jew jinstab hati ta’ mgieba hazina, il-Bord tad-Dixxiplina ta’ din l-Ghaqda jista’ jnehhi mill-I.S.A., jew jissospendi ghal zmien jew jimmulta lil dak it-team, membru tal-kumitat, ufficjal jew player, kif ukoll jaghtih kull piena ohra li jidhirlu xierqa fic-cirkustanzi.

9.31 Meta team wiehed jew zewg teams flimkien, li jkunu qieghdin jiehdu sehem f’xi finali ta’ Knock-out ta’ l-I.S.A., jew f’xi loghobiet ohra ta’ l-istess xorta (cup-tie) jinstabu hatja ta’ ksur tar-regolamenti, il-Kumitat Ezekuttiv ikollu s-setgha li jiehu l-passi kollha li jidhirlu xierqa kemm rigward it-teams kif ukoll dwar il-loghobiet stess.


9.32 CAPTAIN U VICE-CAPTAIN.

a) Il-Captain u l-Vice-Captain ghandhom jikkoperaw skond ic-cirkostanzi mar-referee u l-assistenti tieghu matul il-loghba kif ukoll wara t-tmiem taghha u joqoghdu ghal kull ma jghidulhom dawn l-ufficjali.

Huma ghandhom ukoll jghinu lir-referee meta dan ikecci xi player jew ikun irid jehodlu ismu. Il-Captain ghandu jkun liebes faxxa (arm band). Fin-nuqqas ta’ dan it-team indikat jistghu jittiehdu passi dixxiplinarji. Meta dan ma jkunx jista’ jaghmilha ta’ Captain din il-faxxa ghandha tintlibes mill-Vice-captain, skond kif indikat fil-Line-up.

9.33 PLAYERS U SOSTITUTI.

a) Kull team ghandu jkollu fil-ground ghall-loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda bin in-numru ta players li ikunu intitolati li jiehdu sehem fil loghba. hdax (11) il-player, u mhux anqas minn tmienja (8), Izda jista’ jaghmel uzu minn tlett (3) sostituti f’kull loghba. Player li jkun gie sostitwit ma jistax jerga’ jiehu sehem fl-istess loghba, filwaqt li ma jistax ikun hemm l-ebda sostitut ghal player li jkun gie mkecci mir-referee.
b) Jekk team jibda l-loghba b’inqas min numru stipulate tmien (8) players u wara jaslu l-players nieqsa, dawn jistghu jidhlu fil-loghba f’kull hin, izda dejjem skond ir-regolamenti generali tal-loghba tal-ballun (Laws of the Game).


9.34 ELEGIBILITA’.

Biex player registrat ikun jista’ jiehu sehem f’loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda, jinhtieg li huwa jkun ilu mpjegat mad-Ditta, ghall-inqas tletin (30) gurnata.

9.35 OSSERVANZA TA’ REGOLAMENTI.

Players u ufficcjali jistghu jiehdu sehem f’loghob kompetittiv ta’ din l-Ghaqda u/jew jattendu ghalihom, bil-kundizzjoni li josservaw dawn ir-regolamenti kif ukoll regolamenti ohra tal-loghba. Kull team ghandu r-responsabbilta li dawn ir-regolamenti kollha jigu osservati mill-membri tal-kumitat, mill-players u mis-supporters taghhom.

9.36 Huwa pprojbit li xi membru ta’ team affiljat ma’ din l-Ghaqda joffri direttament u ndirettament xi konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe xorta lill-players u/jew team iehor affiljat ma’ din l-Ghaqda, bil-hsieb li jinfluwenza r-rizultat ta’ xi loghba jew bil-hsieb li jirtira mill-kompetizzjonijiet ta’ din l-Ghaqda. It-teams u/jew players li jaghmluhom u/jew jaccettawhom huma suggetti ghal kull piena li jidhirlu xierqa li ghandu jaghti l-Kumitat Ezekuttiv, u l-kaz/i jigu rrappurtati lill-Ghaqda Nazzjonali jew lill-Awtorita’ kompetenti.

9.37 IMGIEBA TA’ PLAYERS U SUPPORTERS.

Kull membru tal-kumitat ta’ team affiljat ma din l-Ghaqda, b’mod specjali, jekk ikun ukoll membru tal-Kunsill u/jew tal-Kumitat Ezekuttiv, huwa responsabbli ghall-imgieba tal-players u supporters tieghu lejn ir-referee, l-assistenti tieghu, membri tal-Kumitat Ezekuttiv u tal-Kunsill prezenti waqt il-loghob. Huma ghandhom jaghmlu minn kollox biex dawn in-nies ma jigux aggrediti minn players u supporters.

9.38 Player li jkun gie mkecci mir-referee waqt loghba kompetittiva ta’ din l-Ghaqda, jigi sospiz awtomatikament loghba wahda kompetittiva, bla pregudizzju ta’ kull mizura ohra li jista’ jiehu l-Bord tad-Dixxiplina. Dawn il-kastigi ma jigux moghtija jekk il-players wara jinstabu mhux hatja (no case).

9.39 LOGHOB BARRA L-PAJJIZ.

L-ebda team ma jista’ jirranga loghob ‘friendly’ qabel ma jinforma lis-Segretarju Generali ta’ din l-Ghaqda, u jaghtih il-partikolaritajiet kollha tat-team li mieghu ikun sejjer jilghab. Min jonqos minn dan id-dmir, ikun soggett ghal kull mizura li jaghtu l-Bord tad-dixxiplina.

9.40 Jekk team affiljat ikun sejjer isiefer u jilghab xi partiti barra minn dawn il-gzejjer, il-Kumitat tieghu ghandu jgharraf lis-Segretarju Generali ta’ l-Ghaqda, u dan, wara li jiehu parir tal-Kumitat Ezekuttiv, jaghti l-kunsens mehtieg. It-team li ma jaghmilx dan tista’ tittiehed kontrieh kull azzjoni dixxiplinarja kif jiddeciedi l-Kumitat Ezekuttiv.

9.41 KITBA FIL-GURNALI.

Jekk ma jinghatax permess minn qabel bil-miktub mill-Kumitat Ezekuttiv, ebda membru ta’ kumitat ta’ team affiljat jew player, jew ufficjali ohra ta’ l-istess team ma jistghu jiktbu fil-gurnali dwar din l-Ghaqda jew membri ta’ kumitati, players, ufficjali ohra ta’ teams ohra jew tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill.

9.42 PUBBLIKAZZJONI TA’ KORRISPONDENZA.

a) L-ebda team, membru ta’ team jew player ma jista’ jippubblika fil-gurnali jew ixandar b’xi mod iehor korrispondenza jew parti minnha, li tkun ghaddiet bejn din l-Ghaqda, it-teams, membri jew players.

b) Min jikser dan ir-regolament jigi sospiz mill-Ghaqda. L-istess sospensjoni tinghata jekk team, membru jew player ikun direttament jew indirettament imdahhal biex persuna ohra tippubblika xi korrispondenza jew parti minnha jew materjal iehor dwar din l-Ghaqda, minghajr ma jkollu minn qabel l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kumitat Ezekuttiv.

9.43 Kull informazzjoni, avviz, cirkulari, ecc., li skond dawn ir-regolamenti ghandha tinghata bil-miktub, titqies, sakemm ma jigix ippruvat il-kuntrarju, li tkun saret b’mod xieraq jekk tkun ikkomunikata.

9.44 TNEHHIJA/SOSPENSJONIJIET TA’ TEAMS.

Meta team jigi sospiz jew imnehhi jew jikkancella xi loghba minghajr raguni approvata mill-Kumitat Ezekuttiv, it-team l-iehor li jkun tela’ mieghu fil-poloz, ghandu jilghab ma’ team iehor li jkun imissu jilghab mieghu, kemm fil-league kif ukoll fin-Knock-out, jew kompetizzjonijiet ohra. Meta team jigi sospiz, it-teams l-ohra li jkun imisshom jilaghbu mieghu waqt li jkun sospiz, jirbhu l-punti fil-kaz tal-league u jiehdu rebha fil-kaz tan-Knock-out. Meta team jigi mnehhi minn din l-Ghaqda, il-punti li jkun rebah jew tilef jigu mhassra mill-klassifika.


9.45 LOGHOB MA’ TEAMS MHUX MAGHRUFA.

Team jew player li minghajr il-permess tal-Kumitat Ezekuttiv, jilghab ma’, jew kontra team li ma jkunx f’din l-Ghaqda u/jew ma jkunx maghruf direttament jew indirettament mill-Ghaqda Nazzjonali, imsemmija fir-regolamenti, jaqa’ taht il-mizuri li jidhirlu xierqa, il-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxiplina.
Ghaldaqstant, kull team ghandu jinforma li Segretarju General meta ikun qed jorganizza xi loghba friendly.

9.46 SOSPENSJONIJIET.

Kull sospensjoni ta’ players, ufficjali, kumitati jew teams tibda tghodd mill-jum li fih tkun ittiehdet id-decizjoni. Sospensjonijiet, canfir jew twahhil ta’ multi lill-players, ufficjali jew teams, jigu cirkolati mis-Segretarju Generali.

9.47 Meta membru ta’ kumitat ta’ team affiljat jigi sospiz jew imnehhi, u huwa membru tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill, ma jkunx jista’ jibqa’ membru tal-kumitat tat-team tieghu kif ukoll tal-Kumitat Ezekuttiv u/jew tal-Kunsill, u f’kaz li jkun registrat bhala player, ma jkunx jista’ jilghab f’kompetizzjonijiet ta’ din l-Ghaqda, minghajr ma jikseb l-awtorizzazzjoni tal-Kumitat Ezekuttiv.

9.48 Team li jkollu membri sospizi jew imnehhija u jhallihom jiehdu parti fil-kompetizzjonijiet, ikun hati ta’ ksur tar-regolamenti, u jaqa’ taht il-mizuri li jidhirlu xierqa l-Kumitat Ezekuttiv u/jew il-Bord tad-Dixxiplina.

9.49 Il-Kunsill ghandu s-setgha li jnehhi team u/jew player mill-Ghaqda meta jigi ppruvat li kiser ir-regolamenti ta’ l-I.S.A.

9.50 Il-membri, players u/jew ufficjali ohra ta’ teams affiljati ma jistghux jaghmlu mhatri fuq rizultati tal-loghob jew fuq xi hag‘ohra konnessa mal-loghob ta’ din l-Ghaqda. Min ikun ippruvat li ha sehem f’dawn l-imhatri, jigi sospiz mill-Bord tad-Dixxiplina mill-attivitajiet tal-Futbol kollha tal-Ghaqda, permanentament, u l-kaz jigi rrappurtat mis-Segretarju Generali lill-Ghaqda Nazzjonali, imsemmija fir regolamenti.

9.51 AZZJONI MILL-PULIZIJA.

a) Meta l-pulizija tiehu azzjoni bil-Qorti kontra xi player u/jew membru ta’ kumitat ta’ xi team affiljat, ghall-ksur tal-ligi minhabba x’incident waqt il-loghob organizzat mill-Ghaqda, is-Segretarju ta’ l-istess team jew persuna ohra nkarigata, ghandu jgharraf b’dak li jkun gara lill-Kumitat Ezekuttiv. Il-Kumitat Ezekuttiv ghandu l-jedd li jiehu kull decizjoni fuq l-istess incident. Min jonqos li jaghti l-imsemmi taghrif lill-Kumitat Ezekuttiv, ikun suggett ghall-mizuri li jista’ jiehu l-Bord tad-Dixxiplina u/jew il-Kumitat Ezekuttiv.

b) F’kaz t’assalt jew atti ohra ta’ vjolenza mill-players u.jew ta’ xi membri tal-kumitat kontra ufficcjali tal-loghba, kontra membri tal-Kumitat Ezekuttiv jew membri tal-Kunsill prezenti ghall-loghba, dawk il-players u/jew membri tal-kumitati, jigu awtomatikament sospizi sakemm jidhru quddiem il-Qorti kompetenti, u din il-Qorti taghti d-decizjoni definittiva. Jekk jghaddu tlett (3) xhur mid-data ta’ l-incident, u l-kaz ikun ghadu ma giex quddiem il-Qorti kompetenti, il-Bord tad-Dixxiplina u/jew il-Kumitat Ezekuttiv ghandu jiddiskuti u jiddeciedi x’mizuri jiehu fuq il-kaz. Jekk il-kaz jigi quddiem il-Qorti kompetenti qabel ma jghaddu t-tlett (3) xhur, il-Bord tad-Dixxiplina u/jew il-Kumitat Ezekuttiv kemm jista’ jkun wara din id-decizjoni, ghandu jiddiskuti u jiddeciedi fuq il-kaz.


9.52 LOGHOB RAPPREZENTATTIV TA’ L-I.S.A.

Jekk player, imsejjah sabiex jirrapprezenta lill-I.S.A. f’loghob ta’ hbiberija jew kompetittiv, ma jobdix din l-ordni minghajr raguni valida’, jista’ jigi sospiz minn din l-Ghaqda u jittiehdu kontrieh mizuri ohra kif jidhirlu l-Kumitat Ezekuttiv.
























KAPITLU 10

SPORTS IEHOR



10.1 Ghandu jkun hemm regoli specifici ghal kull dixxiplina sportive ohra li l-Ghaqda tiddeciedi li torganizza, preferibbilment konformi mar-regoli li tkun thaddan l-Ghaqda Nazzjonali / Internazzjonali maghrufa ghal dan l-isports.

10.2 Il-proceduri amministrattivi (tal-futbol) ghandhom jigu segwiti anke f’dawn id-dixxiplini sportivi.


















*************TMIEM*******